Hjiel tà storja tal-Ghaqda Festa Esterna, Madonna tà Lourdes, San Gwann
L-Ghaqda Festa Esterna, taf it-twelid taghha mal-bidu tal-Parrocca. Kienu filfatt xi parruccani stess li hassew il-htiega li jarmaw u jzejjnu r-rahal ghal zmien il-festa parrokkjali. Ir-rahal taghna, f'dawk iz-zminijiet kien icken hafna milli hu llum.
L-armar li kien jintrama f'dawk iz-zminijiet kien maqsum f'zewg partijiet, parti li kien gie migbur mir-rahal tà San Gwann stess u parti ohra li kienet tigi misselfa minn Parrocci ohra ghal zmien il-festa. Biz-zmien, bdiet tinhass il-htiega li l-armar kollu ghandu jkun propjetà tar-rahal stess, ghalhekk hamsa u ghoxrin (25) sena ilu, giet imwaqqfa ufficcjalment l-Ghaqda Festa Esterna, li bdiet tiehu hsieb l-armar u taghmel iehor gdid. Dan kien jirrikkjedi hafna spejjez u ghaldaqstant l-Ghaqda bdiet torganizza diversi attivitajiet ta' "fund raising". L-unika diffikulta li kien hemm, kienet biss li mahzen ma kellniex, u ghaldaqstant l-Ghaqda taghna bdiet tahzen l-armar f'diversi postijiet bhalma huma, il-kunvent tal-patrijiet, u xi garaxxijiet u djar privati, minghajr interessi.
Kien fi zmien il-Kappillan Patri Donat Spiteri li flimkien mal-patrijiet tal-komunità parrokkjali taghna, ghogobhom jisilfu l-mahzen, mal-ftuh tac-Centru Parrokkjali, li jinsab fi Triq San Guzepp, biex fih ikun jista jinhazen l-armar tal-festa. B'hekk l-Ghaqda Festa Esterna, sabitha aktar facli biex tahdem f'dan il-post u ghalhekk bdiet tiehu l-affraijiet aktar bis-serjetà. Ta min jghid li l-Ghaqda taghna dejjem sabet l-appogg tal-Kappillani u tal-patrijiet tal-parrocca taghna u dejjem kienet apprezzata ghal hidmietha favur il-festa ewlenija ta' rahalna.
Is-snin kienu ghaddejin, u mal-bdil tal-kumitati, l-Ghaqda hasset li ghandu jkollha statut biex jirregolaha ahjar u jaghtiha identità aktar soda. Fost ir-regolamenti li nsibu f'dan l-istatut hemm li l-istess kumitat ghandu jitbiddel kull tlett snin, biex hekk il-hidma li ssir tkun dejjem friska u mimlija hegga, u hekk l-Ghaqda tkun tistà tilhaq dejjem l-ghanijiet taghha.
L-Ghaqda kompliet tikber u tissahhah, u minkejja d-diffikultajiet li ltaqghet maghhom, baqghet tistinka u tiehu hsieb li ssebbah l-armar u tkabbar l-attivitajiet taghha. L-inkurunament tà din il-hidma wtieqa, sehh propju f'Jum San Gwann tal-2003, meta l-Kunsill Lokali ghogbu jonora lill-Ghaqda taghna bil-Mertu San Gwann, b'rikonoxximent tal-hidma u s-servizz li taghti gewwa l-lokalità.
Il-Presidenti li hadmu u mexxew 'l-quddiem din il-Ghaqda kienu is-Sur Mario Kennaugh, is-Sur John Cachia, is-Sur Carmel Portelli, is-Sur George Scicluna u s-Sur Manuel Grima. Bhalissa fil-kariga tà President hemm is-Sur Jean Paul Kennaugh. Il-kumitat jikkonsisti minn 8 membri u nies tesserati fl-Ghaqda. Permezz tal-istatut il-gdid jistghu jidhlu biex jaghmlu parti mill-Kumitat, persuni li jkunu ghalqu is-16-il sena. L-istatut jippermetti li jkonna anke nisa fil-Kumitat. Nistghu nghidu li f'dawn il-25 sena, li l-Ghaqda taghna ilha tiffunzjona, l-ghan ewlieni qed jintahaq sew; ghan li jiehu hsieb u jsebbah l-armar kollu li jintrama' fit-toroq tal-lokalità taghna fi zmien il-festa, u li allura tkabbar u ssebbah l-festa titulari taghna li tigi ccelebrata fl-ewwel Hadd tà Awissu ghad unur il-Patruna taghna, Sidtna Marija tà Lourdes, li lilha noffru l-hidmiet kollha taghna.
|